IL-BANDA FIL-FESTA TA’ DON BOSCO
Illum il-Banda Ċittadina La Stella hija mistiedna tagħmel servizz fil-festa ta’ San Ġwann Bosco, ġewwa l-Belt Victoria. Is-servizz jibda b’marċ fil-16:45 minn Triq Vajringa għall-Pjazza Sant’ Wistin, minn fejn tibda l-purċissjoni bl-istatwa ta’ Don Bosco. Matul il-purċissjoni l-Banda Ċittadina La Stella se ddoqq numru ta’ marċi reliġjużi mir-repertorju mużikali tagħha, kif ukoll innijiet għad unur San Ġwann Bosco.
Minn din il-paġna nixtiequ nifirħu l-kommunità kollha li tiffrekwenta l-Oratroju Don Bosco. Il-festa t’tajba !