IL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA TIEĦU SEHEM FIL-KARNIVAL T’GĦAWDEX
Din is-sena, wara nuqqas twil, il-Banda Ċittadina La Stella ħadet sehem permezz ta’ marċ tal-okkażjoni fil-Karnival t’ Għawdex. Is-servizz sar nhar il-Ħadd 2 ta’ Marzu fi Triq ir-Repubblika tal-Belt Victoria, taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dr John Galea. It-tema kienet “Mill-Pajjiżi Orjentali għall-Aqwa Noti Mużikali”.
Minbarra s-sehem tal-banda tagħna f’dan il-karnival kellna wkoll il-parteċipazzjoni b’sett maskli grotteski bl-isem “Tlajna Xkupi u Ġejna Pupi” mill-Astra Power Boys.
Sehem ieħor fil-karnival reġjonali t’ Għawdex kien permezz taż-żifna hilarious “Mill-Inkwadri Imdendlin Inqlajna u fil-karnival t’Għawdex Sfilajna mill-Astra Power Boys ukoll.
Kemm il-maskli grotteski u kemm iż-żifna hilarious ħadu l-ewwel premju fil-kategorija tagħhom.
Prosit tassew lil dawk kollha involuti, inkuż l-Għaqda tal-Armar, il-Bandisti u l-ħajjata tat-Teatru Astra li għal darb’oħra għamlu biċċa xogħol kbira.











