Join Us On:

News Archive

IL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA F’LAINO BORGO

Il-Banda Ċittadina La Stella kompliet iżżid mal-kullana ta’suċċessi tagħha billi tellgħet programm mużikali ġewwa Laino Borgo, provinċja ta’ Cosenza fil-Festival Internazzjonali tal-Baned li din is-sena kien qed jimmarka il-25 edizzjoni. Il-banda tagħna kienet l-ewwel waħda barra mill-Italja li ħadet sehem f’dan il-festival u kienet taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dr John Galea. Rapport aktar dettaljat dwar din il-mawra se jiġi ippubblikat f’din il-paġna fil-jiem li ġejjin. Intant dan huwa is-servizz ta’ aħbarijiet mxandar mill-media taljana.