Join Us On:

News Archive

IL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA FIL-FESTA TAL-VITORJA TAX-XAGĦRA

Nhar il-Ħadd li ġej, lejlet il-festa tal-Vitorja fix-Xagħra Għawdex, il-Banda Ċittadina La Stella ġiet mistiedna biex tagħmel servizz festiv b’marċ flimkien mall-Banda Victory. Dan il-marċ popolari jibda minn quddiem il-każin tal-Banda Victory u jispiċċa ġewwa l-pjazza ewlenija. Matul il-marċ il-Banda Ċittadina La Stella se ddoqq marċi brijużi mir-repertorju mużikali tagħha. Is-servizz jibda fid-9.30pm. Minn din il-paġna nixtiequ nwasslu l-awgurju tagħna lix-Xagħrin u l-dawk kollha li qed jiċċelebraw din il-festa Marjana. Viva Marija Bambina!

B’dan is-servizz il-banda tagħna se tkun qed tagħlaq is-servizzi fil-festi tas-sajf. Ħajr imur lejn dawk kollha nvoluti għall-impenn biex bħal dejjem il-banda tagħna tkun waħda mill-protagonisti fil-festi t’Għawdex u tibqa tħares il-quddiem għal aktar sfidi fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.