IL-BANDA ĊITTADINA LA STELLA FIL-FESTA TA’ SANT’ELENA BIRKIRKARA
Nhar is-Sibt li ġej il-Banda Ċittadina La Stella ġiet mistiedna biex tieħu sehem fil-festi kbar li jsiru Birkirkara għad unur il-patruna Sant’ Elena. Il-banda tagħna se tiehu sehem fil-marċ grandjuż tas-Sibt, lejlet il-festa, fejn se jkun hemm jdoqqu wkoll il-baned tas-Soċjetà Filarmonica Nazionale La Vallette, waqt il-marċ, u tal-Għaqda Mużikali Sant’ Elena, permezz ta’ programm. Is-servizz tagħna jibda fit-8.15 pm u fih se jindaqqu numru ta’ marċi festivi mir-repertorju mużikali tagħna.
Minn din il-paġna nawguraw il-festa t’tajba lil dawk kollha minn Birkirkara u għandhom għal qalbom din il-festa tant għażiża. Viva Sant’ Elena!



