IKOMPLU L-FESTI KBAR ĠORĠJANI
Ninsabu lejlet il-festa solenni tal-qaddis protettur u patrun ta’ beltna u ta’ ġensna San Ġorġ Megalomartri. Dan is-sit qed inkomplu naġġornawh b’aktar ritratti mid-dimostrazzjoni ferm grandjuża li kellna l-bieraħ fil-qalba ta’ beltna bis-sehem tal-banda dekana La Stella u l-banda Mnarja tan-Nadur – dimostrazzjoni oħra li ġibdet mijiet ta’ persuni li ħonqu b’mod partikolari Triq ir-Repubblika u Pjazza Indipendenza fejn hemm intlaħaq il-qofol ta’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet.
Dan ser ikun l-aħħar aġġornament għalissa. Aktar aġġornamenti fuq dan is-sit isiru nhar it-Tnejn 19 ta’ Lulju, l-għada tal-festa f’ġieħ il-Patrun tagħna San Ġorġ Megalomartri, fejn nagħtu ħarsa lejn il-marċ tas-Sibt filgħodu, il-marċ singolari ta’ lejlet il-festa filgħaxija, u ċ-ċelebrazzjonijiet kollha ta’ nhar il-festa.
F’isem is-Soċjetà Filarmonika La Stella nawguraw il-festa t-tajba lil kulħadd, b’mod speċjali lil dawk l-emigranti li jżuru dan is-sit b’mod regolari u li ma setgħux jingħaqdu magħna f’dawn il-jiem ta’ festa. Il-festa t-tajba lil kulħadd.
VIVA SAN ĠORĠ MARTRI!
Ritratti: Joe Attard