Join Us On:

News Archive

IKLA B’RISQ IL-FESTA TA’ SAN ĠORĠ

Nhar is-Sibt 19 t’April, l-Għaqda Armar Festi San Ġorġ se torganizza ikla b’risq il-festa Ġorġjana fil-foyer tal-każin ‘La Stella’. Din hija inizzjattiva oħra mill-għaqda ta’ l-armar fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika ‘La Stella’ li minnha tiġbor fondi li jgħinu biex ikomplu jsiru l-proġetti mill-isbaħ ta’ din l-għaqda għall-festa tagħna. Kull min hu familjari mal-festa ta’ San Ġorġ, jaf xi kwalità ta’ armar għandna, u dan huwa kollu frott tal-ħidma kontinwa ta’ nukleu ta’ żgħażagħ li jaħdmu jum wara jum f’restawr u bini ta’ armar ġdid għall-festa. Matul il-festa ta’ San Ġorġ, beltna tilbes ilbies rikk u meta wieħed idur dawra mal-pjazez ewlenin ta’ din il-belt jinnota s-sbuħija u l-livell t’armar li għandha s-Soċjetà ‘La Stella’.

Iżda biex isir dan kollu hemm bżonn ta’ fondi kbar u dawn jiġu minn bosta inizzjattivi bħal dawn li għalihom jattendu numru kbir ta’ partitarji u parruċċani Ġorġjani. Għalhekk għal darb’oħra qegħdin nistednukom biex issa li kull ma jmur qed noqorbu dejjem aktar lejn il-festa, nattendu għal din l-ikla u filwaqt li nieħdu pjaċir flimkien bħala familja waħda Ġorġjana, inkunu qed nagħtu kontribut b’risq l-armar tal-festa ewlenija t’Għawdex. Il-biljetti jistgħu jinkisbu mill-bar tal-każin għall-prezz ta’ €12 (kbar) u €8 (żgħar). L-ikla tibda fis-7.30pm. Narawkom!