Join Us On:

News Archive

IĦALLINA S-SUR GEORGE N. CASSAR

Is-Soċjeta Filarmonika La Stella tinsab imnikkta bl-aħbar tal-mewt tas-Sur George N. Cassar li għal żmien qasir fit-tmeninijiet kien serva ta’ president. Il-funeral tiegħu se jsir illum 23 ta’ Ottubru 2017, fil-Bażilika ta’ San Ġorġ fil-quddiesa tal-5.00pm.

Is-Sur Cassar huwa magħruf ferm ġo Għawdex bħala għalliem eżemplari u huma bosta dawk in-nies li b’xi mod ltaqgħu miegħu jew bħala studenti jew inkella bħala kollega.

Ikun ġest sabiħ li niftakru fis-Sur George Cassar kif ukoll fil-familjari tiegħu fit-talb tagħna f’dan il-mument diffiċli.  Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

22688538_1702312203125860_5584764643924222912_n