IĦALLINA S-SUR DOLINDO CASSAR
Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella tinsab f’ luttu fl-aħbar tat-telfa tas-Sur Dolindo Cassar, eks President, li għex ħajja ta’ servizz għas-Soċjeta’ La Stella u t-Teatru Astra.
Il-Banda Ċittadina La Stella ser tipparteċipa fil-korteo funebri nhar it-Tlieta 5 ta’ Mejju, fil-4.45pm, minn Triq ir-Repubblika, qabel l-quddiesa funebri li ser issir fil-Bażilika ta’ San Ġorġ fil-5.30pm.
Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Is-Soċjeta’ twassal l-kondoljanzi lill-familjari u ħbieb.
(Ritratti: mill-kollezzjoni ta’ JJP Zammit u oħrajn tas-Soċjetà Filarmonika La Stella)










