Join Us On:

News Archive

IĦALLINA NAZZARENO GALEA

Il-bieraħ 19 ta’Ġunju 2025 tħabbret il-mewt ta’ Nazzareno Galea, bandist onorarju tas-Soċjetà Filarmonika La Stella u għal bosta snin membru attiv tista’ tgħid f’kull sezzjoni speċjalment fl-Għaqda tal-Armar.

Il-funeral ta’ Nazzareno Galea sar illum fil-quddiesa tal-4pm bis-sehem tal-Banda Ċittadina La Stella taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dr John Galea. Il-pjan kien li l-banda takkumpanja minn Triq ir-Repubblika l-korteo, imma eżatt ftit qabel infetħu bwieb is-sema u l-banda trasferit is-servizz fil-Bażilika Ġorġjana biex xorta waħda tagħtih l-aħħar tislima kif inhu xieraq bid-daqq ta’ marċi funerbi mir-repertorju tagħha.

Minn din il-paġna nwasslu l-kondoljanzi lill-familjari tiegħu. Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fis-sliem. Ammen.

Nazzareno Galea (raba’ mix-xellug) flimkien ma bandisti oħra jirċievi t-titlu ta’ bandist onorarju f’Lulju 2019.