IĦALLINA L-PERIT JOSEPH MIZZI
Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella ssellem lill-Perit Joseph Mizzi li għadda għall-ħajja ta’ dejjem nhar il-Ħadd 30 ta’ Marzu 2025. Is-Sur Mizzi kien il-perit inkarigat mill-bini tal-Każin tal-Banda Ċittadina La Stella u t-Teatru Astra, xogħol li għamel b’ mod volontarju. Il-Perit Mizzi fl-aħħar snin ġie ukoll maħtur President Onorarju tas-Soċjeta.
Il-funeral tiegħu ser jsir nhar il-Ħamis fil-parroċċa ta’ San Lawrenz fl-16:00.
Agħtiħ O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.
Kondoljanzi lill-familja.
