Join Us On:

News Archive

IĦALLINA ĠANNI CAUCHI

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tinsab fl-luttu bl-aħbar tal-bieraħ tal-mewt tal-Bandist Onorarju Ġanni Cauchi, bandist li serva lill-Banda Ċittdina La Stella b’ mod volontarju għal ħafna snin. Fil-festa ta’ San Ġorġ f’Lulju 2019, Ġanni Cauchi, flimkien ma disgħa oħra, kien inħatar bħala bandist onorarju u dakinhar kien ġie rikonoxxut ukoll il-fatt li fl-2019 hu kien qabeż is-60 sena servizz mal-banda tagħna !

Il-Banda Ċittadina La Stella, ser tkun qed tagħtih l-aħħar tislima nhar it-Tlieta, 14 ta’ Jannar fit-3.30pm ġewwa Pjazza San Franġisk qabel il-funeral li ser jsir fil-Knisja Konventwali ta’ San Franġisk.

Agħtih O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella testendi l-kondoljanżi lill-familjari kollha.

Ritratti: Joe Attard