IĦALLINA DR SALVINO GALEA EX PRESIDENT TAS-SOĊJETÀ FILARMONIKA LA STELLA
Din il-ġimgħa waslitilna l-aħbar tal-mewt ta’ Dr Salvino Galea, li serva fil-kariga ta’ President tas-Soċjeta’ bejn l-1960 u l-1965.
Il-funeral sar il-bieraħ il-Ġimgħa 5 ta’ Settembru, fil-Parroċċa tan-Nadur.
Agħtih O Mulej il-mistieħ ta’ dejjem.
Is-Soċjeta’ twassal il-kondoljanzi lill-familjari u ħbieb tiegħu.



