Join Us On:

News Archive

HIGH TEA KBIR FIL-KAŻIN LA STELLA

high tea 21 june

Wara s-suċċess kbir ta’ dak li ġie organiżżat f’Mejju, is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella bi pjaċir tħabbar li se tkun qed torganiżża High Tea kbir ieħor, b’riżq il-festi esterni ta’ San Ġorġ. Dan se jsir nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Ġunju, fis-7.30pm, fil-każin.  Bħalma sar fil-High Tea għax-xahar ta’ Mejju, din id-darba wkoll it-tombla l-kbira se tkun €1000, u jkun hemm premjijiet kbar mat-tombli l-oħra.  Għal darb’oħra qed jiġi pprovdut trasport b’xejn mil-lokalitajiet kollha, kemm qabel u kemm wara l-High Tea. Kull min jeħtieġ it-trasport huwa ġentilment mitlub iċempel il-każin fuq 21556256 sabiex jagħti d-dettalji tiegħu.