Join Us On:

News Archive

ĦATRA TA’ ARĊIPRIET ĠDID!

Tifraħ is-Soċjetà Filarmonika La Stella bl-aħbar tal-ħatra ta’ Mons. Joseph Curmi, bħala l-Arċipriet il-ġdid għall-Parroċċa ta’ San Ġorġ, tar-Rabat, Għawdex.   Kull tħabbira ta’ arċipretura ġdida tiftaħ beraħ kapitlu ġdid fl-istorja tal-parroċċa Ġorġjana, li l-ktieb tal-ġrajjiet tagħha huwa għani u mimli b’ħidmiet ta’ qassisin li tul il-mijiet ta’ snin, indukraw bħal ragħajja twajba l-merħla li ġiet fdata lilhom.  Huma dawn ilkoll kapitli li jinsġu l-ħajja, mhux biss tal-Belt Victoria, tar-Rabat tagħha, imma wkoll ta’ Għawdex.  Għalhekk, l-awgurju ħiereġ mill-qalb tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, li f’ħidmietek Mons. Joseph Curmi ser tkunlek ta’ għajnuna għalik, f’dan l-impenn denn li għadek kemm ingħatajt!

Iġġib magħha ukoll, din it-tħabbira, it-tmiem tal-Arċipretura ta’ Mons. Pawlu Cardona, li tul dawn id-disa’ snin ta’ ħidma tiegħu, ilkoll ħadna mingħandu turija ta’ tjieba nisranija li sawbet il-ġid fuq il-parroċċa.  Hekk f’ġieħ wieħed jingħaqdu r-ringrazzjamenti ta’ bosta lill-Arċiprieti predeċessuri, ħajjin u mejtin.

Merħba lilek Arċipriet magħżul Mons. Joseph Curmi, ħajr u grazzi lill-Arċipriet ta’ qabel Mons. Pawlu Cardona!  F’għeluq il-150 sena tas-Seminarju ta’ Għawdex, tinqaleb u tibda paġna oħra ġdida fil-ġrajja Ġorġjana.

dsc_0030fr-joseph-curmi