Join Us On:

News Archive

ĦATRA MUŻIKALI IMPORTANTI MIS-SOĊJETÀ FILARMONIKA LA STELLA

Sig 1 Sig 4 (2)
Is-Soċjetà Filarmonika La Stella bi pjaċir tħabbar il-ħatra tas-Surmast Sigmund Mifsud bħala guest conductor tal-Banda Ċittadina La Stella. Sigmund Mifsud twieled f’Ta’ Sliema ġewwa Malta.   Hu beda l-karriera mużikali tiegħu mal-Banda Sliema fejn studja u eventwalment beda jdoqq il-kurunetta. Sussegwentament studja d-direzzjoni mużikali taħt il-gwida tas-Surmast Brian Schembri.

Is-Surmast Mifsud għandu ħafna esperjenza u jġorr reputazzjoni kbira ta’ organizzazzjoni u direzzjoni artistika ta’ numru ta’ spettakli mużikali.  Fl-2004 ipproduċa u dderieġa l-ewwel edizzjoni tan-National Orchestra Goes Pop.  Bħala solista fuq il-kurunetta, Sigmund daqq f’diversi kunċerti.  Sigmund kien ukoll konsulent fuq numru ta’ avvenimenti mużikali kbar li ġew imtella f’pajjiżna f’dawn l-aħħar snin.  Rockestra hi l-aħħar suċċess fuq livell nazzjonali għal dan is-Surmast.

Preżentament is-Surmast Mifsud hu s-Surmast Direttur tal-Banda Sliema u hu membru tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’ Malta.

Id-dettalji tal-impenji tas-Surmast Mifsud mal-Banda Ċittadina La Stella ser jiġu mħabbra fil-ġranet li ġejjin.