Join Us On:

News Archive

ĦAREĠ IC-CD TAL-MARĊI FUNEBRI

cover cd banda marci funebri 2014

Il-Banda Ċittadina u Dekana La Stella tħabbar li l-CD bil-Marċi Funebri għas-sena 2014 issa jinsab għall-bejgħ u jista’ jiġi akkwistat mill-Każin La Stella għal donazzjoni ta’ €12.  Ċempel fuq 79560250 jew ibgħat fuq [email protected].  Ic-CD jinkludi marċijiet tas-Surmast Direttur, Prof Joseph Vella, kif ukoll biċċiet ta’ Vincenzo Ciappara, Giuseppe Giardini Vella, Mro Sunny Galea, Mario Galea u George Borg fost oħrjan.  Il-lista kompluta hija din:

In Memoriam Gracie Micallef – Joseph Vella
Tristis Est Mundus: In Memoriam Michelangelo Formosa – Joseph Vella
Dolori e Pianto – Vincenzo Ciappara
Niket – Mario Galea
Mestitia – Giuseppe Giardini Vella
Vers le Calvaire – Giuseppe Stivala
In Pensiero – Sunny Galea
Una Lacrima – Antonio Miruzzi
Lama Sabachthani? In Loving Memory George Camilleri – George Borg
A Mia Madre Teresa – Hector Dalli
Requiem – Antonino Oddo

Id-disinn tal-qoxra huwa ta’ Andrew Formosa u r-ritratt ta’ Joe Attard.  L-istatwa ta’ l-Ecce Homo hija xogħol fl-injam ta’ Michael u Adonai Camilleri Cauchi (2012).