Join Us On:

News Archive

ĦALLIENA KARISTU GALEA

Is-Soċjetà Filarmonika La Sella tinsab imnikkta bl-aħbar tat-telfa tal-Bandist Karistu Galea. Karistu Galea kien bandist eżemplari, ħabib ta’ kulħadd u ġentlom.

Il-funeral se jsir nhar it-Tlieta 23 t’ April 2019.  Il-quddiesa tibda fil-5pm fil-Bażilika ta’ San Ġorġ.  Il-Banda Ċittadina La Stella se takkumpanja lil Karistu fl-4pm minn Triq ir-Repubblika sal-Bażilika, fl-aħħar vjaġġ tiegħu, sewwasew f’jum il-festa liturġika ta’ San Ġorġ Marti, li huwa tant kien iħobb.

Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Rikonoxximent mogħti lil Karistu fl-2012 għas-servizz twil ta’ 50 sena li huwa ta lis-Soċjetà Filarmonika La Stella

Karistu waqt wieħed mis-servizzi tal-Banda Ċittadina La Stella

Rapport aġġornat: Ritratti mill-funeral ta’ Karistu Galea