GIOVANNA D’ARCO TA’ VERDI ĠEWWA T-TEATRU ASTRA
Il-bieraħ fit-Teatru Astra inkitbet l-istorja bl-ewwel rappreżentazzjoni ta’ Giovanna d’Arco, opra ta’ Giuseppe Verdi li l-aħħar u l-unika darba li saret Malta kien fil-1852. L-opra Giovanna d’Arco, li hija ftit li xejn magħrufa, offriet sfidi kbar għat-tim tal-produzzjoni, imma r-riżultat miksub huwa wieħed sodisfaċenti u ta’ livell għoli ħafna. Dan kien possibbli biss għax wara din il-produzzjoni kien hemm tim magħqud fis-sezzjonijiet kollha tiegħu. Prosit lill-kantanti Sophie Gordeladze fil-parti ta’ Giovanna d’Arco, it-tenur Giulio Pelligra fil-parti tar-Re Karlu VII, l-baritonu Badral Chuluunbaatar fil-parti ta’ Giacomo, lit-tenur Davide Benigno fil-parti ta’ Delil u l-baxx Noel Galea fil-parti ta’ Talbot.
L-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta kienet taħt it-tmexxija ta’ Mro Dr John Galea filwaqt li d-direzzjoni artistika għal darba oħra kienet taħt Enrico Stinchelli. Il-kor, li kellu parti importanti ħafna, kien taħt id-direzzjoni ta’ Mariella Spiteri Cefai, koreografija taħt id-direzzjoni ta’ Dr Sarah Grech, filwaqt li t-tim tal-kostumi kien immexxi minn George Camilleri u Miriam Attard fuq disinni ta’ Matteo Capobianco. Prosit ukoll lil Francis Camilleri li kien ir-rehearsal pianist ta’ din il-produzzjoni u għad-direzzjoni tiegħu tal-band behind the scenes. Fl-aħħar u mhux l-anqas prosit li t-tim tax-xenografija mmexxi minn Joseph Cauchi li għal darb’oħra kienu stupendi f’dak li irnexxielom jikkrejaw fuq il-palk.
Grazzi lilkom kollha li dejjem tkunu ta’ support biex għal darba oħra t-Teatru Astra ħareġ bl-unuri !
(Ritratti: Joe Attard)






















