Join Us On:

News Archive

ĠIEĦ IL-BELT VICTORIA

IMG_5535

Waqt serata organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ beltna, nhar it-Tnejn 10 ta’Ġunju 2013, Jum il-Belt Victoria, ingħata Ġieħ il-Belt Victoria lil erba’ ċittadini tal-belt, fosthom lil Monsinjur Ġużeppi Farrugia, direttur spiritwali tas-Soċjetà Filarmonika La Stella u lil żewġ membri oħra tal-parroċċa tagħna, l-ex Sindku Robert Tabone u lil Patri Eġidju Mizzi OFMconv. Dan il-premju jingħata lil dawk iċ-ċittadini li jiddistingwu ruħhom jew li jagħmlu isem lill-belt.  Il-premju ġie mogħti mis-Sindku preżenti Dr Samuel Azzopardi fil-preżenza ta’ bosta qraba u ħbieb.

Minn din il-paġna nixtiequ nifirħu lil dawn ir-Rabtin b’mod speċjali lil Mons. Ġużeppi Farrugia għal dan l-unur prestiġġjuż.

Photo_03_low

Ritratti:
Waqt il-premjazzjoni | Toni Farrugia
Banca Giuratale | Daniel Cilia