ĠIEĦ IL-BELT VICTORIA
Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella tifraħ mas-Surmast Direttur Dr John Galea, u s-Sinjuri Carmelo Zammit u Pawlu Zammit u s-Sinjura Maria Schembri li nhar il-Erbgħa 10 ta’ Ġunju 2026, fl-okkażjoni ta’ Jum il-Belt Victoria, ġew onorati mill-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria bl-onorifiċenza ta’ Ġieħ il-Belt Victoria u b’ Rikonoxximenti Speċjali rispettivament.
Minn din il-paġna nixtiequ nwasslu l-awguri tagħna f’din l-okkażjoni speċjali għall-Belt Victoria.






