Join Us On:

News Archive

GĦAWDEX JIĊĊELEBRA

11698835_1028460703844350_2377102342908386244_n

Huwa fatt magħruf li għal follol fil-festa ta’ San Ġorġ la jagħmel differenza l-jum, la l-ħin u l-anqas il-post.  Tkun meta tkun id-dimostrazzjoni, San Ġorġ għandu garanzija li se jimxi quddiem u wara xita ta’ nies.  Xhieda ta’ dan huma r-ritratti fuq is-social media li sa minn nhar it-Tnejn li għadda kienu ġa bdew juru li għal darba oħra il-poplu huwa wara Ġorġi.  Wara s-suċċess enormi tal-kunċert tat-Tnejn fil-Bażilika ta’ San Ġorġ u t-tiġrijiet taż-żwiemel fl-istess ħin, fejn kulħadd baqa mistgħaġeb bil-follol ta’ nies li kien hemm fi Triq ir-Repubblika minkejja li hija organizzata fil-bidu tal-ġimgħa, nhar it-Tlieta, l-Ġorġjani reġgħu ħonqu Pjazza San Franġisk għat-tlugħ tal-istatwa ta’ San Ġorġ.  Qabel, fil-Bażilika Ġorġjana ħarġet minn niċċa l-istatwa kapulavur ta’ San Ġorġ, fost kant il-kant ta’ Georgius Natus Est u l-innu marċ kif magħruf “Ġorġi Tagħna”. Dan kollu meta kien għadhom anqas biss bdew il-jiem tat-tridu!

11751792_1028471570509930_1245757586775626678_n

 

Il-bieraħ imbagħad daħlet fix-xena l-Banda Ċittadina La Stella li flimkien mal-Banda Santa Margerita ta’ Sannat, imxew u quddiem l-istatwa ta’ San Ġorġ taż-Żiemel.  U naturalment wieħed seta jara għal darba oħra li  minkejja li kien tard ħafna fi Pjazza San Ġorġ ma kienx hemm fejn taqa’ labra.

11754897_1028986257125128_1696486426576656052_o

Illum, it-tieni jum tat-Tridu, li din is-sena l-priedki fiħ qed isiru minn Mons. Joseph Sultana, Arċipriet tal-Parroċċa tal-Għarb, ikollna dimostrazzjoni oħra, dik b’San Ġorġ Patrun ta’ Għawdex fejn tispiċċa fi Pjazza Savina b’feature awdjo-viżiv. Il-baned mistiedna huma dawk ta’ Santa Katerina taż-Żurrieq u dik Prekursur tax-Xewkija.

(Ritratt fuq: Ted Attard)