GĦADDEJ ĦAFNA XOGĦOL FIL-KAŻIN LA STELLA
Illum, 6 ta’ Ġunju, reġgħu fetħu l-każin f’Malta u Għawdex wara li kellhom jaqgħlqu l-bibien tagħhom minħabba l-pandemija. Jekk Alla jrid ma ndumux ma nerġgħu niftħu l-Każin La Stella li fih bħalissa għaddej xogħol estensiv f’ħafna partijiet. Ix-xogħolijiet li qed jsiru jinkludu rinnovar u restawr mis-Soċjetà Filarmonika La Stella, xogħol li għalih ġew akkwistati fondi mill-EU permezz tal-programm amministrat mill-Gozo Action Group u investiment mis-settur privat. Dawn ix-xogħolijiet, minbarra li se jkunu qed itejjbu d-dehra tal-każin se jagħtu aktar aċċessibiltà u jinkludu wkoll inizattivi ġodda kulturali u artistiċi.
Fost dawn ix-xogħolijiet bħalissa għaddej restawr professjonali fil-faċċata tal-każin – l-ewwel darba minn kemm ilha li tlestiet il-faċċata maestuża. Dan ix-xogħol qed isir grazzi għal bosta benefatturi li taw donazzjoni speċifikament għal dan il-proġett.
Nawguraw li ma ndumux ma nerġgħu naraw il-każina La Stella miftuħ biex jilqa n-nies u jagħti ħajja ġdid lis-sede uffiċjali tas-Soċjeta Filarmonika La Stella. Nittamaw ukoll li fi żmien qasir ikun permissibbli li jerġgħu jsiru attivitajiet kulturali u mużikali li huma l-qofol tal-attività fit-Teatru Astra.
Intant min jixtieq jikkontribwixxi għal xi proġett partikulari jista’ jagħmel dan billi jikkuntattja lil xi membru tal-kumitat jew jibgħat donazzjoni fuq https://www.teatruastra.org.mt/donate jew Revolut 79050691