Join Us On:

News Archive

ĠBIR TA’ FONDI GĦALL-FESTA

_DSC0123 San Gorg 2011 139

Mal-bullettin ta’ din il-ġimgħa tqassam appell mis-Soċjetà Filarmonika La Stella lill-partitarji tal-istilla u lill-Ġorġjani kollha biex jgħinu kif jistgħu ħalli l-festa tkun suċċess bħal ma dejjem kienet fis-snin ta’ qabel.

Kif hemm spjegat fl-ittra maħruġa mis-Soċjetà l-ispejjeż biex issir festa hekk kbira titlob finanzi kbar.  Mingħajr l-għajnuna tagħkom dan ma jkunx possibbli. Filfatt minn din is-sena l-Kumitat Ġenerali kellu jagħmel xi tibdil fil-programm, speċjalment fejn jidħlu l-baned mistiedna.

Fil-jiem li ġejjin se jibda l-ġbir bieb bieb bit-tama li tkunu ġenerużi u tagħtu l-għajnuna tagħkom, naturalment kulħadd skond ma jkun jista’.  Kull għajnuna hija importanti u ta’ dan ngħidulkom “Grazzi” bil-quddiem.

Minn din il-paġna nixtiequ nawgurawlkom minn issa l-Festa t-tajba !

scan0004