Join Us On:

News Archive

ĠBIR GĦALL-FESTA SAN ĠORĠ 2014

Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella, għal sena oħra, ser tkun qed torganiżża l-akbar festi esterni ta’ pajjiżna, f’ġieħ San Ġorġ Megalomartri, il-Patrun ta’ Għawdex u tal-belt Victoria

Dan l-avveniment kbir, pero’, ma jista’ jkun qatt possibli mingħajr il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħna l-Ġorġjani, ilkoll kemm aħna partitarji Ta’ l-Istilla

Kultant jiġri li nieħdu l-Festa ta’ San Ġorġ wisq for granted, meta dan qatt ma għandu jkun il-każ.

Dan għaliex b’dispjaċir ninnutaw li l-ispejjeż tal-Festa ta’ San Ġorġ kull ma jmur qegħdin jiżdiedu sostanzjalment u, sfortunatament, il-ġbir finanzjarju għaliha mhux qed jikkorrispondi mal-ispejjeż konsiderevoli li tirrikjedi festa kbira bħalma hija din ta’ San Ġorġ tagħna.

Għalhekk, ejjew inħossuna aktar responsabbli u meta jiġu fi djarna l-membri tal-Kumitat, nagħmlu ħilitna kollha biex nagħtu d-donazzjoni tagħna għall-festa.  Kulħadd jagħti skont ma jista’.

B’hekk biss nistgħu nissoktaw inkabbru din li hija magħrufa ma’ kulħadd bħala “l-aktar festa popolari tal-gżira.”

A4Gbir2014