FUNERAL TAL-BANDIST ĠANNI FORMOSA
B’niket inħabbru l-mewt tas-Sur Ġanni Formosa ta’ Triq Pompei, ir-Rabat Għawdex fl-għomor ta’ 75 sena. Ġanni, li serva bħala bandist tas-Soċjetà tagħna għal 60 sena, ħalliena nhar il-Erbgħa 26 ta’ Ottubru. Huwa għalhekk li nhar il-Erbgħa li għadda, illum il-Ħadd u għada t-Tnejn is-Soċjetà Filarmonika La Stella se tkun qed tosservahom bħala jiem ta’ luttu.
Il-funeral se jsir għada t-Tnejn 31 ta’ Ottubru, u jibda b’korteo minn Triq ir-Repubblika fit-3.30 pm akkumpanjat mill-banda La Stella. Il-quddiesa tkun fl-4 pm fil-Bazilika ta’ San Ġorġ. Agħtih O’Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem !
(Ritratt: provdut mill-familjari)