Join Us On:

News Archive

FUNERAL TA’ MICHELANGELO FORMOSA

Is-Soċjetà Filarmonika La Stella tinsab f’luttu wara li l-bierah tħabbret il-mewt ta’ wieħed mill-aktar eks-bandisti eminenti tagħha, Michelangelo jew kif jafu kulħadd Kalanġ Formosa.

Kalanġ Formosa – bandist tal-banda La Stella – daqq għal għexieren ta’ snin kbar u temm is-servizzi tiegħu biss meta saħħtu ma ppermettietlux aktar. Kalanġ kien minjiera ta’ informazzjoni fuq ġrajjiet mill-aktar importanti għall-banda. Il-kumitat u l-bandisti tal-Banda La Stella ser ikunu qed jipprateċipaw fil-funeral bil-mod mixtieq mill-familjari tiegħu.

Il-funeral ser isir fil-Bażilika ta’ San Ġorġ illum is-Sibt fl-4pm.

Agħtih o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.