Join Us On:

News Archive

FIL-QALBA TAL-FESTA !

Illum il-Ħamis, it-tieni jum tat-tridu jkollna d-dimostrazzjoni ta’ San Ġorġ Patrun ta’ Għawdex fejn tispiċċa ġewwa Pjazza Savina b’feature awdjo-viżiv.  Il-jiem li għadom kif għaddew fejn iċċelebrajna bil-kbir id-dimostrazzjonijiet ta’ San Ġorġ (1991) xogħol ta’ Austin Camilleri u l-bieraħ b’ San Ġorġ fuq iż-żiemel (1987) xogħol ta’ Alfred Camilleri Cauchi il-pjazez imtlew daqs bajda kif jixdhu r-ritratti fuq is-social media.  Perswazi li kemm illum u kemm għada se jkollna l-istess parteċipazzjoni mill-poplu, liema poplu dejjem fittex lil San Ġorġ għall-għajnuna tiegħu.  Tkun meta tkun il-ġurnata San Ġorġ jimla’ t-triqat u l-pjazez ! Dawn huma xi wħud mir-ritratti mtella fuq Facebook.