Join Us On:

News Archive

FIDDLER ON THE ROOF…IL-MUSICAL LI MESS IL-QLUB

Hekk kif waslu fi tmiemhom is-sitt rappreżentazzjonijiet tal-musical ‘Fiddler on the Roof’ kulħadd jinsab sodisfatt li it-tmien produzzjoni ta’ dan il-ġeneru kien ta’ suċċess fenominali. Il-kummenti pożittivi li rċieva t-Teatru Astra f’dawn il-jiem nistgħu ngħidu li kienu jiżbqu kull aspettattiva.

Dan il-musical mess il-qlub l-ewwel u qabel kollox għax l-istorja, għalkemm miktuba għal eopka differenti, hija fil-fatt attwali ħafna għal preżent, kif imħaddna is-soċjetà tal-lum. Mess il-qlub ukoll għax l-awturi tawna mużika li tpaxxi l-widna. Imma fuq kollox dan il-mużikal mess il-qlub għax it-tim kreattiv, flimkien mal-artisti bravissimi u l-amministrazzjoni tat-Teatru Astra għamlu produzzjoni professjonali minn kull aspett. Prosit tassew lil Mark Tonna fil-parti prinċipali u lil l-artisti l-oħra kollha mingħajr eċċezzjoni. Prosit ukoll lid-direttur artistiku Chris Gatt, is-Surmast George Apap u l-Choir Mistress Sylvana Attard li bl-impenn tagħkom irnexxilkom toħolqu emozzjonijiet li kulħadd se jibqa jiftakar.

Ma rridu nsemmu l-ħadd aktar biex ma jinqabeż ħadd – pero hawn il-link fejn wieħed jista jara l-ktieb tal-musical bid-dettalji ta’ dawn kollha li b’xi mod jiew ieħor ikkontribew għal din il-produzzjoni.

Grazzi mill-ġdid u prosit lil kulħadd! Alla prossima!

Ritratti: Joe Attard