Join Us On:

News Archive

FESTIVAL MEDITERRANEA 2012

Dan l-aħħar ġie mħejji il-programm preliminari ta’ Festival Mediterranea 2012. Għalkemm wieħed forsi jaħseb li għadu ż-żmien, ix-xogħol fuq il-festival li ġej ilu li beda. Bħalma tħabbar qabel din is-sena l-opra lirika se tkun Madama Butterfly ta’ Giacomo Puccini u se tittella’ nhar il-25 u 27 ta’ Ottubru 2012.
 
Imma bħalma dejjem ngħidu l-festival mhux l-opra biss. Din is-sena l-programm huwa mimli daqs bajda u fih ukoll numru ta’ innovazzjonjiet. Bħas-soltu se ssir dawra ġol-Bażilika ta’ San Ġorġ mill-istoriku u nutar Dott. Paul G Pisani nhar is-26 ta’ Ottubru kif ukoll taħdita f’diversi postijiet differenti mill-artist u kritiku tal-arti Mark Segona li din is-sena se jkollha t-tema On the trail of Giuseppe Cali. Fejn tidħol id-danza din is-sena se ssir serata Tango Emocion fil-Kempinski Hotel San Lawrenz, bil-parteċipazzjoni tas-soprano Oana Andra, li s-sena l-oħra bbrillat fir-rwol li kellha ta’ Adalgisia fl-opra Norma. L-istess sopran se jkollha wkoll produzzjoni fl-awla Mons. Giuseppe Farrugia Operistic Arias.  
 
Il-Festival bħal dejjem jagħlaq bil-Kunċert Annwali mill-Banda La Stella fit-Teatru Astra. Is-Soċjetà tqis dan l-avvinement bħala wieħed importanti ħafna u wara s-suċċess tas-sena l-oħra wieħed jawgura li din is-sena nkomplu ntejjbu aktar il-livell.
 
Hemm ħafna aktar attivitajiet mużikali u edukattivi u kulturali imma fuq dawn jkollna okkażjoni nitkellmu aktar fid-dettal il-quddiem. Għal aktar tagħrif wieħed jista jara l-attivitajiet fuq din il-Link. Wieħed jista’ jagħmel kuntatt ukoll fuq [email protected] jew iċempel fuq 21550985/99883007. Għal bookings wieħed jista’ juża [email protected] jew iċempel fuq 79256897.