Join Us On:

News Archive

FESTI SPEĊJALI F’SAN ĠORĠ TA’ APRIL

Wara li f’dawn l-aħħar jiem fakkarna l-ġrajjiet tal-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Ġesu Kristu, l-bieraħ l-Knisja Universali ċċelebrat il-Festa tal-Għid.  Il-Banda Ċittadina u Dekana La Stella ħadet sehem fil-purċissjoni li toħroġ mill-Bażilika ta’ San Ġorġ nhar il-Ġimgħa li għaddiet u l-bieraħ filgħodu pparteċipat fil-purċissjoni tal-Irxoxt mat-toroq tal-Belt Victoria.

1601231_10152364307894110_976042422194957121_n 10262064_778012462222510_3886350144348246999_n 10153806_534138033361694_7112230279764028111_n

Din il-ġimgħa wkoll tħabbar il-programm tal-Festi Speċjali li se jsiru matul il-jiem li ġejjin fl-okkażjoni tal-Festa Liturġika ta’ San Ġorġ.  Il-programm huwa ppakkjat b’attivitajiet diversi u f’numru minnhom se tieħu sehem il-Banda La Stella.  Għal aktar dettalji wieħed jista’ jidħol f’din il-link.

10262058_778904715466618_868216062260502578_n 10153804_10203215922694440_1142421993648498833_n

Minn din il-paġna nħeġġu l-partitarji kollha tas-Soċjetà kif ukoll lil dawk kollha devoti ta’ San Ġorġ biex jieħdu sehem fl-attivitajiet li hemm imħejjija.  Dawn l-attivitajiet għandhom iservu wkoll biex iħeġġuna w jippreparawna għal festi akbar f’Lulju meta jkollna fostna r-relikwa ta’ San Ġorġ.

(Ritratt tal-Ġimgħa l-Kbira: Sam Cefai)