FESTA TAL-QALB TA’ ĠESU
Nhar il-Ħadd li ġej, 15 ta’ Ġunju, il-Banda Ċittadina La Stella għal darb’ oħra hija mistiedna biex tagħti s-servizz tagħha fil-festa tal-Qalb ta’ Ġesu ġewwa l-Fontana. Is-servizz jibda bid-daqq tal-innu l-kbir hekk kif l-istatwa maestuża u devota tal-Qalb ta’ Ġesu, xogħol l-istatwarju Agostino Camilleri, toħroġ fil-bieb tas-Santwarju. Wara l-innu l-kbir il-banda tagħna takkumpanja l-purċissjoni madwar il-Fontana bid-daqq ta’ diversi marċi reliġjużi mir-repertorju mużikali tagħha. Il-Banda Ċittadina La Stella tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dr John Galea.
Minn din il-paġna nifirħu lill-parruċċani tal-Fontana u nawgurawlom festa mill-aqwa.



