FESTA TAL-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI
Nhar il-Ħadd li ġej, 8 ta’ Diċembru, jum il-Kunċizzjoni, huwa jum importanti ħafna għal Ġorġjani, b’mod partikolari għall-kommunità li tiffrekwenta l-Knisja ta’ San Franġisk. Kif dejjem ġara fil-passat, il-Soċjetà Filarmonika La Stella se tagħti s-sehem tagħha fil-festa billi tipparteċipa f’żewġ servizzi, s-Sibt 7 ta’ Diċembru għal lejlet il-festa, kif ukoll f’nhar il-festa, bis-sehem waqt il-purċissjoni bl-istatwa devota u artistika tal-Immakulata, xogħol l-iskultur Salvatore Psaila (1848). Il-programm huwa dan:
Is-Sibt 7 ta’ Diċembru 2024
20:30 | Marċ flimkien mal-Banda Santa Margerita ta’ Sannat għad-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ Pawlu Aquilina (2002). Waqt it-tlugħ tal-istatwa fuq il-pedestall tindaqq l-Ave Maria mill-Banda Ċittadina La Stella.
Il-Ħadd 8 ta’ Diċembru 2024
17:15 | Marċ mill-Banda Ċittadina La Stella mis-salib sa quddiem il-Knisja ta’ San Franġisk.
18:00 | Purċissjoni mill-Banda Ċittadina La Stella madwar it-toroq tal-Belt Victoria
Minn din il-paġna nixtiequ nifirħu lill-kommunità Franġiskana għal din il-festa ewlenija u nitolbu lil Marija Immakulata tħarisna dejjem u kullimkien. Viva l-Immakulata Kunċizzjoni!