Join Us On:

News Archive

FESTA TA’ SANTA MARGERITA FIS-SANNAT

DSC_0006 DSC_0005 DSC_0003

Illum, il-Banda Ċittadina La Stella, tkompli bis-servizzi tagħha fil-festi tas-sajf. Wara ġimgħa impenjattiva fil-festi ta’ San Ġorġ Martri tal-Belt Victoria, imiss issa l-festa ta’ Santa Margerita ġewwa Sannat.

Is-servizz jikkonsisti f’marċ qasir mill-inħawi ta’ Ċenċ sal-pjazza. Wara li toħroġ mill-knisja l-istatwa artistika ta’ Santa Margerita u tibda miexja l-Banda tagħna ssib postha fuq il-planċier biex teżegwixxi programm ta’ mużika varjata taħt id-direzzjoni tas-surmast direttur il-Prof. Joseph Vella.

Dan tal-lum huwa s-servizz ta’ qabel tal-aħħar għal dan l-istaġun tal-festi tas-sajf.  Ħmistax oħra l-Banda tagħna tieħu sehem fil-festa ta’ martri ieħor – San Lawrenz ġewwa r-raħal ċkejken li jġib l-istess isem.

Huwa ta’ pjaċir kbir li nagħtu s-sehem tagħna fil-festa ta’ Sannat f’ġieħ Santa Margerita.  Il-Banda Santa Margerita daqqet fil-festa ta’ San Ġorġ nhar il-Erbgħa tal-ġimgħa l-oħra waqt id-dimostrazzjoni b’San Ġorġ taż-Żiemel.

Minn din il-paġna nixtiequ l-festa t’tajba lis-Sannatin kollha !

(Ritratti: Mario Casha)