Join Us On:

News Archive

FESTA TA’ SAN PIETRU U SAN PAWL

Il-bieraħ filgħaxija il-Banda Ċittadina La Stella ħadet sehem fil-festa tan-Nadur f’gieħ San Pietru u San Pawl.  Bħalma ġara fl-aħħar snin aħna ġejn mistiedna biex ningħaqdu mal-Banda Mnarja għall-marċ popolari ta’ lejlet il-festa.  Il-Banda tagħna telqet minn quddiem il-każin tal-banda Mnarja u mxiet sal-pjazza ewlenija fejn imbagħad sabet postha wara dik tan-Nadur matul it-toroq prinċipali.  Matul it-triq iż-żewġ baned daqqew marċi brijużi mir-repertorju mużikali tagħhom sakemm waslu mill-ġdid fil-pjazza fejn kien hemm preparat biex jibda programm ta’ ħruq tan-nar tal-art.

Huwa ta’ unur għalina li nieħdu sehem u nifirħu f’din il-festa għad unur l-appostli Pietru u Pawlu u minn din il-paġna nixtiequ lill-kommunità kollha tan-Nadur il-festa t-tajba.  Viva San Pietru u San Pawl !

DSC_0068

DSC_0015

(Ritratti: Mario Casha)