FESTA TA’ SAN ĠORĠ 2024
Is-Soċjetà Filarmonika La Stella qed tikkonsenja lill-istorja festa oħra, kbira u ta’ suċċess.
Il-gratitudni tagħna hi dovuta lejn kull min kien involut fil-festa, il-membri tal-Kumitat Ġenerali, il-Banda Ċittadina La Stella, is-Sotto Kumitati tal-Armar, Nar, Żgħażagħ u l-Kor Piccolle Stelle, il-Bord Editorjali tal-Pubblikazzjoni Annwali, li f’ armonija u permezz ta’ għaqda kbira ħadmu sabiex tiġi organizzata ”il-festa l-aktar popolari tal-gżira”.
Apprezzament hu dovut ukoll lil kull min offra ankè l-flus tiegħu, b’donazzjoni għall-festa. Il-livell ta’ donazzjonijiet jibqa jikber minn sena għall-oħra, u dan jimliena b’aktar kuraġġ u determinazzjoni.
Finalment, is-Soċjetà La Stella hija grata ukoll għall-kollaborazzjoni tal-Arċipriet u l-Parroċċa ta’ San Ġorġ u l-awtoritajiet kollha, inkluż l-Korp tal-Pulizija, il-Kunsill Lokali, l-MTA u d-Dipartiment tal-Artijiet.
Viva San Ġorġ!
