FESTA SAN PAWL FIL-MUNXAR
Wara waqfa twila mhux ħażin fil-festi tas-sajf, minħabba l-pandemija tal-Covid 19, il-Banda Ċittadina La Stella, illejla se tibda bis-servizzi tagħha fil-festa tal-Munxar f’ġieħ San Pawl. Is-servizz tal-lejla jibda fid-9.45pm madwar it-toroq ewlenin, fejn se jindaqqu diversi marċi brijużi mir-repertorju mużikali tagħha. Għada mbagħad il-banda tagħna terġa tagħmel servizz ieħor billi tibda b’marċ qasir sal-pjazza fejn issib postha fuq il-palk biex iddoqq l-innu l-kbir ta’ San Pawl, kompożizzjoni tal-Prof. Joseph Vella. Dritt wara, il-banda se tagħmel programm b’għażliet mużikali varji mir-repertorju tagħha. Il-banda se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Dr John Galea.
Intant, pedestall min sett ta’ sebgha li jintramaw fi Triq Vajrinġa, matul din il-ġimgħa jinsab armat fil-Munxar bl-istatwa ta’ San Pawl. Minn din il-paġna insellmnu lill-parruċċani tal-Munxar u nawgurawlom festa mill-aqwa. Viva San Pawl!