Join Us On:

News Archive

FESTA SAN ĠORĠ: LEJLET IS-SOLENNITA’

Li l-festa ta’ San Ġorġ hija festa ta’ poplu me hemm ebda dubju. Il-massa ta’nies li mlew it-toroq u l-pjazez tal-Belt Victoria matul dawn l-aħħar jiem huma l-akbar xiedha ta’ dan. Bħal dejjem San Ġorġ jiġbed lejħ folol, mhux biss mill-parruċani imma minn kull rokna ta’ gżiritna u minn numru ta’ Maltin li jagħżlu jingħaqdu magħna matul din il-ġimgħa. Lil dawk kollha ngħidulom ‘komplu ejjew bi ħġarkom ħa nieħdu pjaċir fil-festa ta’ beltna flimkien’.

Ta’ dan kollu rridu ngħidu ‘grazzi’ lis-Soċjetà Filarmonika La Stella u s-sotto-kumitati kollha fi ħdanha, l-Għaqda tal-Armar, Għaqda tan-Nar, u l-Għaqda taż-Żgħażagħ, għal dak kollu li għandu x’jaqsam mal-festi esterni u l-parroċċa ta’ San Ġorġ għal dawn interni. Grazzi lil dawk kollha li jagħmlu sagrifiċċji kbar matul is-sena kollha biex il-festa tkun tista’ ssir kif għandu jkun. Dawn l-elementi kollha jagħmlu festa tassew kompluta, unika, festa ta’ kulħadd!

Intant, issa li dħalna f’Lejlet is-Solennità, nkomplu fil-festi billi fis-6pm jsir marċ mill-Banda Ċittadina La Stella fejn takkumpanja t-translazzjoni sa Pjazza San Ġorġ. Fis-6.15pm tibda t-translazzjoni fil-Bażilika Ġorġjana.

Fit-8pm programm mużikali fi Pjazza San Ġorġ mill-Band King’s Own , fid-9pm eżekuzzjoni tal-innu l-kbir A San Giorgio Martire (1931), it-tnejn taħt id-direzzjoni ta’ Mro Dr John Galea, u wara marċ singulari u kolossali bis-sehem taż-żewġ baned li matulu jdoqqu flimkien massed band. Fl-aħħar tal-marċ spettaklu kbir tan-nar ġo Pjazza Savina.

Ejja nkomplu nieħdu sehem fl-attivitajiet kemm interni, fil-bażilika tagħna, kif ukoll fil-festi ta’ barra. Nieħdu pjaċir u noqgħodu attenti biex ma jweġġa ħadd. Viva San Ġorġ!