FESTA PARROKKJALI TA’ SAN MIKIEL ARKANGLU
Illum 29 ta’ Settembru huwa Jum l-Arkanġlu San Mikiel.
Is-Soċjeta’ Filarmonika La Stella u l-Proto-Parroċċa ta’ San Ġorġ bi gratitudni jfakkru u b’ unur jiċċelebraw din il-festa kbira fil-kalendarju tal-Knisja Universali.
Bla dubju l-akbar attrazzjoni għad-devoti ta’ San Mikiel Arkanġlu tibqa’ l-istatwa kapulavur ta’ Alessandro Farrugia, propjetà tal-parroċċa ta’ San Ġorġ Martri, li kienet skolpita fl-injam fl-1838. F’dan il-kapulavur l-iskultur Farrugia żamm mat-tradizzjoni tipika tat-tmintax –il seklu fejn jidħlu arkanġli. L-istatwa imponenti turina lil San Mikiel jittajjar mis-sema bil-ġwienaħ, bi fjamma f’idejh u t-tarka trijangolari bl-għajn f’nofsha, simbolu tal-istess qaddis, fejn iġib fix-xejn lil Satana u l-ħażen kollu. Il-Bażilika ta’ San Ġorġ għandha biċċa xogħol oħra tal-istess skultur, il-korp ta’ Kristu mejjet li kien sar fl-1844 u għadu jintuża fl-urna fil-Ġimgħa l-Kbira sal-ġurnata tal-lum
Il-festa t’tajba!



