FESTA PARROKKJALI TA’ SAN MIKIEL
Nhar it-Tlieta 29 ta’ Settembru niċċelebraw il-Festa ta’ San Mikiel Arkanġlu. Fil-Bażilika ta’ San Ġorġ se jkun hemm quddiesa speċjali tal-festa fis-6pm. Kulħadd huwa mistieden jattendi għal din il-festa mportanti fil-parroċċa tagħna, naturalment billi wieħed jimxi mad-direttivi maħruġa minħabba l-pandemija.
Minn din il-paġna nsellmu lid-devoti kollha ta’ San Mikiel, protettur tagħna fit-taqbida kontra l-ħażen, u nawguraw il-festa t’tajba lil dawk kollha li jġibu ismu.