Join Us On:

News Archive

FESTA LITURĠIKA TA’ SAN MIKIEL

DSC_0517 DSC_0516 DSC_0515

Nhar il-Tlieta 29 ta’ Settembru taħbat il-festa liturġika u parrokkjali tal-Arkanġlu San Mikiel.  Fil-Bażilika ta’ San Ġorġ għandna l-istatwa kapolavur ta’ San Mikiel, li hija xogħol ta’ Xandru Farrugia fl-injam (1838).  Huma ħafna li jqisu din l-istatwa bħala waħda mill-isbaħ skulturi li għandna fi gżiritna. L-iskultur Xandru Farrugia ġol-Bażilika ta’ San Ġorġ għandu wkoll il-korp ta’ Kristu mejjet, jew kif magħruf “il-monument”,  xogħol fl-injam tal-1844. Tkun ħaġa sabiħa ħafna li nqaddsu dan il-jum għażiż b’quddiesa u tqarbina fil-Bażilika ta’San Ġorġ fejn qed tiġi ċċelebrata din il-festa parrokkjali, festa għażiża għalina l-Ġorġjani.

Intant nhar illejla se ssir l-ikla tradizzjonali ta’ San Mikiel fi Pjazza San Ġorġ organizzata mill-Għaqda tal-Armar ta’ San Ġorġ.  Nistednukom tingħaqdu magħna għal din l-attività annwali u b’hekk inkunu qed ngħinu lill-Għaqda tal-Armar tagħna fix-xogħol li tagħmel matul is-sena. Il-biljetti għall-ikla jiswew  €15.

Minn din il-paġna nixtiequ l-festa t-tajba l-partitarji tal-istilla f’din il-festa liturġika hekk importanti fil-kalendarju annwali tagħna.

12027522_1065670370123383_3288575139604610343_n