Join Us On:

News Archive

FESTA LITURĠIKA TA’ SAN ĠORĠ MARTRI

Nhar il-Ħamis jaħbat it-23 t’April, data ferm għażiża għalina devoti ta’ San Ġorġ Martri. Għada 22 t’April Vġili tas-Solennità fis-7.45pm toħroġ fil-bieb tal-Bażilika Ġorġjana l-istatwa ta’ San Ġorġ Martri fejn wara ssir Velja Solenni tal-martirju. Matul din l-attività tiehu sehem il-Banda Ċittadina La Stella.

L-Għada imbagħad, Jum il-Solennità niltaqgħu fil-Bażilika Ġorġjana għall-Pontifikal immexxi mill-Isqof t’Għawdex Mons. Anton Teuma fis-7pm. Wara dimostrazzjoni tal-festa bl-istatwa ta’ San Ġorġ Żgħażugħ xogħol tal-artist Austin Camilleri (1991) bis-sehem tal-banda tagħna, minn Pjazza San Ġorġ sal-każin.

Il-Ġimgħa appuntament ieħor – l-ikla tradizzjonali ta’ San Ġorġ fit-8pm ġewwa l-każin – tħallux għall-aħħar biex tibbukkjaw.

Minn din il-paġna nawguraw il-festa t’tajba lid-devoti kollha ta’ San Ġorġ u nħeġġukom tattendu għal dawn l-attivitajiet li biex ngħidu hekk jiftħu l-festa tagħna tal-2026. Viva San Ġorġ!