Join Us On:

News Archive

FESTA LITURĠIKA TA’ SAN ĠORĠ MARTRI

Għalina l-Ġorġjani t-23 ta’ April tibqa data importanti ħafna fil-kalendarju tagħna. Il-festa liturġika nkunu ilna ħafna nistennewha u hekk kif jgħaddi l-Għid il-Kbir dejjem nitfgħu għajnejna fuq San Ġorġ. Din is-sena l-festa ma tistax tiġi ċċelebrata fit-23 peress li nzerta fl-ottava tal-Għid u għalhekk ġiet trasferita għat-Tnejn 28 ta’ April. Il-programm fil-parroċċa tagħna qiegħed jiġi anness hawnhekk biex wieħed ikun jista jsegwi dak kollu marbut mal-festa Liturġika.

Bħalma nafu lkoll, din il-ġimgħa bdiet bl-aħbar xejn sabiħa li Papa Franġisku mar jiltaqa mal-Ħallieq. Kien għalhekk li fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-mewt tal-Papa Franġisku, is-Soċjetà Filarmonika La Stella għażlet li tħassar id-dimostrazzjoni tradizzjonali u brijuża li kien hemm ippjanata. Il-Parroċċa tagħna wkoll ħasset li f’dan il-mument il-funzjonijiet tal-festa liturġika jkunu xi ftit jew wisq ridotti u għalhekk kemm il-Velja solenni kif ukoll il-konċelebrazzjoni Pontifikali ħa jkunu okkożjoni biex fihom niftakru u nitolbu għal Papa Franġisku.