Join Us On:

News Archive

FESTA IMMAKULATA KUNĊIZZJONI

Illum 27 ta’ Novembru 2022 il-Banda Ċittadina La Stella se tibda bis-sehem tagħha fil-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Belt Victoria.  Fuq stendina tal-kommunità Franġiskana il-banda tagħna se tieħu sehem fil-quddiesa tal-5pm, fejn se tkun qed jiġi mfakkar il-150 sena mill-mewt tal-iskultur Salvatore Psaila, li minn idejħ ħareġ il-kapolavur fl-injam tal-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni, li din is-sena qed jiġi mfakkar il-175 sena minn meta tlestiet.

Naturalment l-involviment tal-Banda Ċittadina La Stella jkompli nhar is-7 ta’ Diċembru b’marċ mat-toroq tal-madwar bl-istatwa tad-dimostrazzjoni li fl-aħħar tittella fuq il-pedestall fi Pjazza San Franġisk.  L-għada, 8 ta’ Diċembru, jum il-festa, il-Banda Ċittadina La Stella tilqa’  l-Immakulata fil-bieb tal-knisja bid-daqq tal-innu, taħt it-tmexxija tas-Surmast Dr John Galea, u wara takkumpanja matul it-toroq tal-Belt Victoria bid-daqq ta’ marċi reliġjużi.

Wara nuqqas twil hemm stennija għal din il-festa peress li t-temp mhux dejjem kien ħanin u kellna wkoll il-waqfien minħabba l-pandemija. J’Alla din is-sena ngawdu lil Marija Immakulata, l-istilla tal-maltemp biex terġa ssebbaħ it-toroq tagħna f’dawn il-jiem xitwin.  Aħna nistednukom issegwu l-programm maħruġ mill-knisja ta’ San Franġisk peress li din is-sena hemm ukoll ħafna attivitajiet marbuta mal-175 mit-tlestija tal-istatwa, fostom konferenza dwar l-arti, l-istorja u l-kultura.

Viva l-Immakulta Kunċizzjoni!

(Ritratti minn festi tal-passat: Arkivju ta’ Joe Zammit)