Join Us On:

News Archive

FESTA FAMILJA FI PJAZZA SAN ĠORĠ

Nhar it-Tnejn 21 t’April fis-7.30pm fi Pjazza San Ġorġ ser tiġi organizzata FESTA FAMILJA – serata ta’ kant, żfin, drama, mużika, ikel u tombli kbar. Din is-serata qed tiġi organizzata biex minnha jinġabru fondi tant meħtieġa b’risq il-festa ta’ San Ġorġ u qed issir fuq inizzjattiva ta’ l-Astra Folk Group.

Ser tkun serata ferm divertenti bis-sehem ta’ diversi kantanti żgħażagħ, fosthom bħala mistiedna speċjali l-kantanta Morena, ir-rappreżentanta ta’ pajjiżna fil-Eurovision Song Contest li ser isir f’Mejju li ġej ġewwa s-Serbia. Hi ser tkanta ż-żewġ kanzunetti li bihom ħadet sehem fil-festival tal-kanzunetta Maltija għall-Ewropa: ‘Casanova’ u l-kanzunetta rebbieħa ‘Vodka’.

Ma jonqosx l-ispettaklu min-naħa ta’ l-Astra Folk Group; il-Youth Band u l-artisti Maria Zammit Borg, Charlie Zammit, Maria Schembri, u George Sacco. Is-serata ser tkun ippreżentata mill-Kav. Joe M. Attard.

Ingħaqdu magħna f’din is-serata ferm divertenti fejn aħna lkoll bħala familja Ġorġjana nieħdu pjaċir flimkien. Il-biljetti għal din il-‘festa’ jistgħu jinkisbu għall-prezz ta’ €10 mill-bar tat-Teatru Astra, miċ-ċentru parrokjali, u minn membri ta’ l-Astra Folk Group. Jekk it-temp ma jippermettix is-serata ser issir ġewwa l-foyer tat-teatru Astra. Narawkom!