Join Us On:

News Archive

FESTA 2011: AKTAR RITRATTI

Illum ser inkomplu nwasslulkom aktar ritratti din id-darba ta’ jum il-festa: ġurnata li bdiet kmieni filgħodu bil-pontifikal solenni fil-bażilika u eżatt wara l-marċ brijuż ta’ filgħodu fil-qalba tal-belt Victoria bis-sehem tal-baned San Ġorġ Martri  ta’ Ħal-Qormi u Santa Margerita ta’ Sannat. Filgħaxija l-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet Ġorġjani: id-daqq tal-innu immortali A San Giorgio Martire u l-ħruġ trionfali tal-istatwa ta’ San Ġorġ u mbagħad il-purċissjoni li daret mat-toroq ewlenin ta’ beltna sad-dħul mill-aktar emozjonanti u spettakolari tal-istatwa lura fit-tempju tagħha. Il-ġurnata kollha ġiet trażmessa b’mod dirett fuq l-istazzjon televiżiv ONE minn kmieni filgħodu sad-dħul tal-purċissjoni. Inħallukom issa tgawdu sett ieħor ta’ ritratti mill-festa Ġorġjana f’beltna, ritratti li żgur m’għandhomx bżonn ta’ aktar kummenti.

Ritratti:
Marċ ta’ Filgħodu: Anton Farrugia
Purċissjoni: Joe Attard