Join Us On:

News Archive

ŻEWĠ IMPENJI OĦRA F’SAN LAWRENZ

Bejn illum u għada, il-banda ċittadina “La Stella” tal-belt Victoria, ser tkun impenjata f’żewġ servizzi separati fir-raħal ta’ San Lawrenz, raħal ieħor marbut ferm mas-Soċjetà Filarmonika “La Stella”.

Il-banda “La Stella” ilha għal snin twal tieħu sehem f’din il-festa, u kien hemm żmien meta kienet tkun l-uniku banda mistiedna. F’dawn l-aħħar snin il-banda dejjem kienet tkun impenjata f’lejlet u nhar il-festa ta’ San Lawrenz. Fil-fatt f’lejlet il-festa, il-banda “La Stella” tmexxi l-marċ popolari madwar it-toroq ewlenin ta’dan ir-raħal, u tagħlaq dan il-marċ bid-daqq ta’ l-innu l-kbir, fuq il-planċier, bis-sehem tal-kor u s-solisti, kompożizzjoni ta’ Mro Giuseppe Giardini Vella.

L-għada l-Ħadd, nhar il-festa, il-banda ssellem lill-istatwa titulari, waqt il-ħruġ tal-purċissjoni, bid-daqq ta’ l-innu l-kbir, u wara tesegwixxi programm mużikali fuq il-planċier, fil-pjazza ewlenija tar-raħal. Żewġ servizzi oħra, li jtellgħu t-total ta’ servizzi fil-festi sajfin għal għaxra, barra t-tmien servizzi l-oħra fil-festa ta’ beltna.

Aktar aġġornamenti dwar dawn iż¬-żewġ servizzi fil-jiem li ġejjin