Join Us On:

News Archive

ELEZZJONI PRESIDENT TAS-SOĊJETÀ FILARMONIKA LA STELLA

Il-bieraħ ġie fi tmiemu l-proċess elettorali fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika La Stella.  Il-ġimgħa l-oħra inżammet l-elezzjoni għall-kumitat ġenerali filwaqt li l-bieraħ saret l-elezzjoni għal President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, fejn ġie ikkonfermat is-Sur Michael Formosa.

Is-Sur Formosa, li bħala professjoni huwa accountant,  ġie elett bħala President tas-Soċjetà Filarmonika La Stella għall-ewwel darba fl-2019, wara li serva għal diversi snin bħala Segretarju Amministrattiv.

Minn din il-paġna nawguraw lis-Sur Formosa aktar ħidma, proġetti u suċċessi għal ġid tas-Soċjetà Filarmonika La Stella u d-diversi fergħat tagħha.

Awguri !

217663981_3040400069506476_4278793941260673056_n