Join Us On:

News Archive

ELETT IL-KUMITAT IL-ĠDID

Wara li nhar il-Ħadd li għadda saret il-laqgħa ġenerali tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, llum 2 ta’ Marzu nħatar kumitat ġdid għas-sena 2014 waqt elezzjoni li saret wara l-kuncert tal-Banda. Kif jistipola l-istatut tas-Soċjetà, il-kumitat jiġi elett mill-Bandisit residenti tal-Banda Cittadina La Stella.

Il-Ħadd li għadda, 23 ta’ Frar saret il-laqgħa ġenerali annwali fis-Sala Giuseppe Giardini Vella fejn matula, wara li għamel l-indirizz tiegħu l-Viċi President Dr Chris Mizzi, ġie preżentat ir-rapport finanzjarju 2013 mit-teżorier s-Sur Frank Schembri u r-rapport amministrattiv mis-segretarju s-Sur Michael Formosa.

Konsistentament mas-sena preċendenti, l-kontijiet tas-Soċjetà ġew awditjati minn kumpanja tal-awdituri PKF Malta, li hija kumpanija tal-awdituri esterna u ndipendenti mis-Soċjetà. Donna Greaves partner ta’ PKF Malta attendiet għall-laqgħa ġenerali u għamlet ir-rapport tal-awdituri.

Intant, aktar ftit wara nofs in-nhar il-Kumissjoni Elettorali li qed tmexxi l-proċess elettorali ħabbret il-membri eletti fil-Kumitat Ġenerali tas-Soċjetà La Stella li f’ordni alfabetiku huma s-segwenti:

Borg James
Borg Joseph
Buhagiar Guzeppi
Cassar Paul M.
Cremona George
Cremona Saviour
Ellis Tonio
Formosa Michael
Mizzi Christopher
Schembri Frank
Schembri Mark
Tabone Joseph
Zammit Anthony

Nhar il-Ħadd li ġej se ssir l-elezzjoni għall-President ġdid u wara jinħatru l-karigi fi ħdan is-Soċjetà għas-sena li ġejja. Minn din il-paġna nawguraw lil dawn il-membri ħidma siewja fi ħdan is-Soċjetà tagħna biex matul ix-xhur li ġejjin ikomplu jitwettqu d-diversi inizjattivi u jkomplu jmexxu l-interessi tas-Soċjetà Filarmonika La Stella  ‘l quddiem.