ELETT IL-KUMITAT ĠENERALI TAS-SOĊJETÀ
Nhar il-Ħadd l-1 ta’ Marzu, il-bandisti tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, ivvutaw għall-membri tal-kumitat ġenerali ġdid tas-Soċjetà. L-elezzjoni seħħet fi tmiem kunċert li sar bi preparazzjoni għas-servizzi li għandha l-banda għall-Ġimgħa Mqaddsa. Sittin bandist, ilkoll bandisti residenti kienu eleġibbli li jivvotaw. B’kollox kien hemm tletin nomina u skond l-istatut tas-Soċjetà kull nomina riedet iġġib aktar minn ħamsin fil-mija tal-voti mitfugħa biex tkun eletta.
L-elezzjoni kienet immexxija minn tliet bandisti li ffurmaw il-kummissjoni elettorali: George Refalo (Chairman); George Borg u Francis J. Borg. Hekk kif intemmet l-elezzjoni għall-ħabta ta’ nofsinhar beda l-għadd tal-voti. Ġew eletti: George Apap; Manuel Attard; Francesco Pio Attard; George Borg; James L. Borg; Giovann Buhagiar; Joseph Buhagiar; Manuel Buhagiar; Michel Buttigieg; David Camilleri; Aaron Cini; George Cini; Silvio Cini; George Cremona; George Farrugia; Joseph Farrugia; Michael Formosa; Ivan Galea; Clint Gatt; Dr Joseph Grech; George Sam Mizzi; George Sacco; Thomas Sacco; Joseph Said; Mark Schembri; Anthony Vassallo; George Zammit; Anthony Zammit; Anton Zammit; u Paul Zammit.
Fost il-membri tal-kumitat il-ġdid 2009/10 nsibu diversi wċuħ ġodda flimkien ma’ oħrajn li għal sena oħra reġgħu ġew ikkonfermati. Intant, sa nhar il-Ħamis li ġej ikunu qed jintlaqgħu n-nomini għall-kariga ta’ President tas-Soċjetà. L-elezzjoni għall-din il-kariga ser issir nhar il-Ħadd li ġej 8 ta’ Marzu fil-11.30am. Wara l-elezzjoni għall-ogħla kariga tas-Soċjetà, tiġi msejħa l-ewwel laqgħa tal-kumitat ġenerali fejn jiġu assenjati l-karigi rispettivi l-oħra.
Aktar aġġornamenti fil-jiem li ġejjin.